L-Air Malta se topera titjiriet minn Londra, Frankfurt u Amsterdam

Dan biex twassal lejn Malta merkanzija, tagħmir mediku u affarijiet oħra essenzjali, filwaqt li twassal lura lejn Malta dawk il-Maltin maqbuda barra minn Malta

Fil-ġranet li ġejjin, il-Linja Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta se tkun qed topera titjiriet lejn Londra, Frankfurt u Amsterdam bil-għan li ġġib f’Malta merkanzija, tagħmir mediku u affarijiet oħra essenzjali, filwaqt li twassal lura lejn Malta dawk il-Maltin maqbuda barra minn Malta.

L-Air Malta aġġornat din l-iskeda tagħha hekk kif qed ikomplu jidħlu fis-seħħ restrizzjonijiet imposti minn diversi stati Ewropej.

Titjiriet oħra skedati lejn Brussell u Vjenna mhux se jkomplu.

Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li s-sitwazzjoni qed tinbidel kuljum u għalhekk jistgħu jkunu mħabbra aktar bidliet.

Bħalissa, it-tijiriet kummerċjali kollha lejn Malta huma mwaqqfa.

Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit www.airmalta.com. 

More in Politika