Żminijietna tilqa' b'mod pożittiv il-miżura tal-Gvern ta' dħul minimu garantit

L-għaqda xellugija faħħret ukoll il-ħidma ta' Gvern Laburista biex il-finanzi ikunu sostenibbli

L-Organizazzjoni Xellugija Żminijietna laqgħet b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Gvern li japplika, dik li sejħet bħala l-miżura ta’ dħul minimu garantit "biex jissalvagwardja l-impjiegi." 

L-għaqda qalet illi "dħul minimu garantit" hija sistema ta' provediment ta' għajnuna soċjali li tiggarantixxi li ċ-ċittadini jew il-familji kollha jkollhom dħul suffiċjenti biex jgħixu, f'sitwazzjoni ta' prekarjat jew staġnar ekonomiku”.

“Min naħa l-oħra nirrikonoxxu l-ħidma ta’ Gvern Laburista biex f’Malta il-finanzi jkunu f’livelli sostenibbli, bil-kontra ta’ Gvern Nazzjonalista", li sejħulu lemini.

“Fir-rigward ta’ sostenibilità fil-finanzi tal-Gvern, qed nħeġġu l-Gvern biex jikkunsidra jerġa jdaħħal aktar ‘il quddiem sistema ta’ ‘taxxa progressiva’ sabiex jerġa jilħaq il-bżonnijiet fiskali tal-pajjiż”, temmet tgħid Żminijietna – Leħen ix-Xellug.

More in Politika