25 multa għal ksur tal-kwarantina obbligatorja; Tlieta oħra għal stabbilimenti

Fl-aħħar 24 siegħa saru 596 spezzjoni mill-uffiċjali tagħha flimkien ma’ dawk tal-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili

B’kollox, sa issa, ingħataw 25 kontravenzjoni wara li persuni nqabdu jiksru l-kwarantina mandatorja. Apparti dawn, tliet stabbilimenti ngħataw ukoll il-multa ta’ 3,000.

Fuq Facebook, l-Assoċjazzjoni għall-Uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali (MEHOA) saħqet li fl-aħħar 24 siegħa saru 596 spezzjoni mill-uffiċjali tagħha flimkien ma’ dawk tal-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili.

44 mill-ispezzjonijiet huma relatati ma’ contact tracing, filwaqt li 107 kuntatti ġew investigati.

More in Politika