Marthese Portelli tinħatar Direttur Ġenerali tal-MDA

Marthese Porrtelli  - eks membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar - tinħatar Direttur Ġenerali tal-MDA, l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi

Marthese Portelli li rriżenjat minn Deputat Nazzjonalista ftit ġimgħat ilu inħatret Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin.

Fi stqarrija l-MDA qalet illi bil-ħatra ta' Portelli qed tgħaddi messaġġ importanti li l-MDA tinsab fuq quddiem fil-politiki tal-ambjent u s-sostenibilità.

Marthese Portelli kienet membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar f'isem il-Partit Nazzjonalista u Shadow Minister tal-Ambjent. 

 

More in Politika