Numri, fatti, infermiera, sondaġġ, opinjoni u aktar dwar il-coronavirus ... fuq il-gazzetta ILLUM

Għada, naturalment, il-gazzetta ILLUM se tkun kważi kollha dwar il-coronavirus - numri, fatti, sondaġġ xjentifiku, it-18-il każ sa issa ...

Ritratt ta' Mediatoday
Ritratt ta' Mediatoday

Għada l-gazzetta ILLUM se tkun kważi kollha ddedikata għall-coronvirus.  Se nagħtu ħarsa lejn in-nurmi, ċifri, fatti u appelli.  Ħarsa wkoll lejn dak li nafu dwar it-18-il każ li seħħew sa issa f'pajjiżna. 

Il-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd se tippubblika sondaġġ dwar it-tħassib tal-poplu hekk kif faqqgħet il-coronavirus f'Malta.  L-ILLUM tkellmet ukoll ma' erba persuni mit-turiżmu - Andrew Agius Muscat, Joe Muscat, James Perry u Philip Fenech - dwar il-qagħda fit-turiżmu. 

Intervista ma' Paul Pace li jirrispondi dwar l-infermiera u dwar il-Covid-19

Infakkru min huma dawk l-aktar f'riskju u opinjonijiet u editorjal dwar dan is-suġġett.

More in Politika