Coronavirus: L-HSBC tagħlaq il-fergħat kollha b'mod temporanju ħlief għal ħamsa

L-HSBC tgħid li se żżomm biss ħames fergħat miftuħa madwar il-pajjiż u tappella....

HSBC Malta ħabbar illi b'effett minn għada huma ħames fergħat biss tal-banek tagħha li se jkunu miftuħin, jiġifieri dawk tal-Belt Valletta, il-Mosta, Tas Sliema, Raħal Ġdid u r-Rabat Għawdex.

L-HSBC qal illi dan ifisser li l-Bank jista' jibqa' jagħti servizz filwaqt li jibqa' jappoġġja lill-ħaddiem tiegħu hekk kif l-iskejjel ingħalqu mil-lum fid-dawl ta-ieda fil-każi tal-coronavirus..

Il-bank qal li se jkun qed jibda s-servizzi mill-fergħat kollha maż-żmien. Fakkar ukoll li ħafna mis-servizzi jistgħu jkunu aċċessibbli permezz tal-karti ta' kreditu u debitu, mowbajl, internet u l-ATMs.

L-HSBC appella biex wieħed imur f'waħda minn dawn il-fergħat f'każ biss ta' bżonn. 

More in Politika