Ikkonfermat il-ħames każ ta' coronavirus f'pajjiżna

Il-ħames każ ta' coronavirus f'pajjiżna

Malta għandha l-ħames każ ta' coronavirus li hija t-tifla tal-pazjent li rriżulta fil-pożittiv ilbieraħ u li kien ir-raba' każ ta' Covid-19 f'pajjiżna wara li ġiet infettata familja. 

Ilbieraħ tħabbar ir-raba' każ ta' persuna bil-coronavirus u dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Chariamine Gauci spjegat li r-raġel u familtu waslu Malta fis-27 ta' Frar li għadda iżda hu u l-familja tiegħu bdew il-kwarantina wara jumejn u mhux mill-ewwel kif qed ikun irrakkomandat.

Mistoqsija minn dan is-sit, Charmaina Gauci saħqet li r-raġel ġie mistoqsi fejn mar matul dawn il-jumejn u qed isir l-assessjar neċessarju.

Dan l-aħħar każ jiġi wkoll wara li l-Prim Ministru Taljan ħabbar li l-Gvern tiegħu qed jestendi għall-Italja kollha r-restrizzjonijiet li fl-aħħar jiem daħlu fis-seħħ għar-reġjun tal-Lombardia u provinċji oħra.

More in Politika