Marthese Portelli tirriżenja minn Deputat tal-PN imma ma tgħidx għaliex

Minkejja elenku ta' ringrazzjamenti Portelli ma qalitx għalfejn se tirriżenja

Marthese Portelli
Marthese Portelli

Marthese Portelli rriżenjat minn Deputat Nazjonalista u ħabbret dan fi status fuq Facebook. 

Minkejja elenku ta' ringrazzjamenti Portelli ma qalitx għalfejn se tirriżenja.  Sorsi mill-partit qalu lil dan is-sit illi probabbilment iddejqet għalkemm stednuna nċemplulha. 

Minkejja dan, l-illum.com.mt ma setax jagħmel kuntatt mal-eks deputata. 

Fil-messaġġ tagħha fuq Facebook Portelli awgurat lill-membri parlamentari ħidma fejjieda fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, "inħeġġeġ lil kollha biex jaħdmu biss għal dak li hu sew u għal dak li hu fl-aħjar interess tal-pajjiż permezz ta’ politika ta’ persważjoni u mhux politika tal-għajjat u tgħajjir."

Dan ifisser illi flimkien mat-12-il distrett, għall-PN se jinfetaħ ukoll spazju fid-disa' distrett.

Intant fi stqarrija l-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, irringrazzja lil Marthese Portelli tas-servizz kbir li tat lill-Partit Nazzjonalista sa mill-ewwel jum li saret attiva fih.

"Marthese tat ħafna lill-Partit Nazzjonalista, f'kull kariga li ġiet fdatha fiha. Għarfet li l-politika hi servizz. Serviet mingħajr qatt ma isserviet. Dejjem poġġiet l-interess tal-pajjiż u tal-partit l-ewwel."

More in Politika