Il-ħbieb ta' Caruana Galizia jippuntaw subgħajhom lejn il-blogg ta' Glenn Bedingfield

Tkompli l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia

Daphne Caruana Galizia
Daphne Caruana Galizia

Hekk kif illum kompliet tinstema' l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia dawk li kienu l-aktar qrib tagħha bħala ħbieb kollha qalu li l-pressjoni fuqha bdiet tiżdied maż-żmien.  Huma saħansitra ppuntaw subgħajhom lejn il-blogg ta' Glenn Bedingfield, li xehed f'din l-inkjesta l-ġimgħa l-oħra, bħala wieħed mill-għodda għall-attakki diretti fuq il-ġurnalista. 

Petra Caruana Dingli, li hija wkol artikolista fuq is-Sunday Times, sostniet illi f'Mejju 2016, "konna morna nieklu l-Belt Valletta u kien hemm żewġt irġiel li kienu qed jieħdu r-ritratti waqt li aħna konna qed nieklu f'ristorant.  Dawn ir-ritratti spiċċaw fuq dan il-blogg."

Hi qalet ili Bedingfield kien jiffastidja, jinsulta u jwaqqa' għaċ-ċajt lil dawk kollha li jikkritikaw lill-Gvern u dawk kollha li kienu meqjusin għadewwa tal-istat.  Hi tgħid illi Caruana Galizia kienet qalet li l-blog tad-Deputat Laburista kien il-proġett tal-eks PM Joseph Muscat innifsu.

Glorya Beacom xehdet dwar il-ġlieda li nqalgħet nhar il-festa ta' San Ġużepp fir-Rabat, meta dakinhar kienet semgħet nies jgħajjtu: "Oħorġuha minn hemm, oħorġuha minn xagħarha, dik mara ħażina."  Dan hekk Caruana Galizia kellha ġlieda verbali mal-eks Sindku taż-Żurrieq Natius Farrugia.

Dak il-ħin Caruana Galizia kienet mistoħbija fil-kunvent Franġiskan.

More in Politika