Happy Anniversary VGH! U Ram Tumuluri ta €5 miljuni lilu nnifsu bħala bonus

Fit-tielet anniversarju tal-VGH f'Malta - kumpanija li ma ħallsitx lill-kuntratturi u telqet għax ma kellhiex flus - Ram Tumuluri ta €5 miljuni lilu nnifsu 

Ram Tumuluri
Ram Tumuluri

Ram Tumuluri l-wiċċ tal-Vitals Global Healthcare f'Malta u raġel misjub ħati b'serq mill-Qorti tal-British Columbia - il-Kanada, ta lilu nnifsu bonus ta' €5 miljuni fit-tielet anniversarju minn meta l-VGH ġew pajjiżna.  Dan żvelatu l-gazzetta oħt Malta Today illum f'artiklu li juri wkoll kif dan il-bonus kien tniżżel fil-kuntratt ta' Tumuluri.

Sorsi qalu illi dan il-ħlas fil-fatt żdied minn €1 miljun fl-2016 għal aktar minn €6 miljun fl-2017.

Dan il-ħlas lil Tumuluri sar minkejja li l-gazzetta ILLUM kienet żvelat kif il-kuntratturi Maltin, imqabbdin minn Shapoonji Pallonji, waqfu jaħdmu minħabba nuqqas ta’ ħlas għax-xogħol li sar. Fl-istess artiklu l-gazzetta kienet żvelat illi anke t-tim tal-IT kien abbanduna l-proġett li waqa' lura bil-kbir.

CV tal-mistħija

Kienet il-gazzetta ILLUM l-ewwel li żvelat kif Ram Tumuluri, li kien qed jieħu ħsieb l-operat ta' VGH Global Healthcare f'pajjiżna, ma kellu ebda esperjenza fil-qasam tas-saħħa u wisq inqas esperjenza ta' suċċess fin-negozju. L-istess gazzetta kienet żvelat li l-uniku rekords taħt ismu kienu dawk relatati mal-kumpanija Ayurcare International li kienet ġiet xolta hekk kif ma kinitx konformi mal-liġi. Apparti dan, kienet żvelat il-gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd 8 ta' Novembru 2015, Tumuluri kien ddikjara l-kumpanija T&V Hospitality, parti minn struttura li kienet qed tmexxi l-lukanda Nita lake Lodge fil-Kanada, falluta bil-konsegwenza li ma kienx baqa' Direttur Maniġerjali tal-istess Lukanda. Tumuluri kien dejjem ċaħad li hu mexxa kumpanija li falliet u kien sostna illi l-kumpanija kellha biss l-assi trasferiti.

L-ILLUM kienet ipubblikat deċiżjoni mill-Qorti Suprema tal-British Columbia illi tagħmel referenza għal Tumuluri bħala President u Direttur ta’ T&V Inc. Din il-kumpanija, skont is-sentenza kienet qed timmaniġġja l-pixxina tal-lukanda Nikita Lake Lodge, kif ukoll kienu qed jikru s-sezzjoni kummerċjali u tal-lukandi ta’ NLL Holdings. T&V kellha, skont id-deċiżjoni tal-Qorti, tipprovdi lista ta’ affarijiet lis-sidien fosthom il-kontijiet awditjati. Imma dan ma sarx.

Artiklu 60 tad-deċiżjoni tal-Qorti tgħid hekk; ‘Il-kumpanija poġġiet lis-sidien kollha f’riskju sever. Qed nifrreferi għal fatt li T&V...ħassru r-rekords tal-kontijiet u ħadu depożiti mill-karti ta’ kreditu mill-‘bookings’ tal-Milied...'

More in Politika