Il-Fond Monterarju Internazzjonali ibassar surplus li jmur olter mill-miri; Iwissi dwar il-ħasil tal-flus

Ir-rapport jappella lill-Gvern biex jindirizza n-nuqqasijiet li ġew identifikati mill-Moneyval

L-esperti tal-Fond Monterarju Internazzjonali qed ibassru li d-dejn tal-pajjiż se jinżel taħt il-45% tal-ġid nazzjonali, jew inkella kważi nofs il-piż li kien hemm fil-bidu tal-2014.

Madanakollu, l-istess rapport wissa lill-Gvern Malti li jekk mhux se jindirizza nuqqasijiet fejn tidħol il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, dan jista' jhedded l-istabbilità finanzjarja.

Fil-fatt, ir-rapport jisħaq li jekk Malta mhux se tindirizza n-nuqqasijiet li ġew identifikati lilha mill-Moneyval Malta mhux se tibqa' attraenti għall-banek barranin u lokali u  l-investiment fost affarijiet oħra.

Huma qalu dan f’rapport, fi tmiem iż-żjara annwali tagħhom f’Malta, bil-Gvern jisħaq li dan huwa t-tielet rapport pożittiv li sar fuq Malta f’ġimgħa, wara r-rapport ta’ Moody’s u t-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea.

Filwaqt li faħħar il-politika tal-Gvern, ir-rapport jisħaq li r-rata ta’ tkabbir se tkompli tkun sostnuta bis-saħħa tad-domanda domestika li se tibqa’ ferm sostanzjali. Dan mistenni jseħħ minkejja klima ta’ inċertezza fis-swieq globali.

Ir-rapport jinnota wkoll li għar-raba’ sena konsekuttiva Malta se tkun qed tirreġistra surplus waqt li saħqet li dan se jmur oltre mill-miri fiskali li kellu l-Gvern.  

Ifaħħar ukoll il-miżuri li ttieħdu biex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol u anke t-taħriġ mogħti lill-ħaddiema biex itejbu l-ħiliet tal-ħaddiema.

More in Politika