It-tiswija fuq l-interconnector se tiswa €11-il miljun

Ix-xogħlijiet mistennija jkunu lesti sal-aħħar ta' Marzu li ġej

Il-kumpanija Enemalta ffirmat ftehim biex ikun jista’ jibda x-xogħol fuq l-Interconnector wara l-ħsara li seħħet fit-23 ta’ Diċembru li għadda.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Enerġija u l-Ilma.

Il-Ministru Michael Farrugia spjega li x-xogħlijiet mistennija jitlestew sal-aħħar ta’ Marzu u t-tiswijiet huma stmati li se jiswew mal-€11-il miljun.

Aktar tard illum, se jkun qed jidħol vaput fil-Port ta’ Marsaxlokk, biex jitgħabba fuqu l-istand-by-cable tal-Enemalta.

Il-ħsara fuq l-interconnector kienet ikkawżata minn ankra ta’ vapur li tkaxkret f’qiegħ il-baħar.

More in Politika