Il-President Vella se jidħol l-isptar għal operazzjoni minuri

Il-President mhux se jkun jista’ jwettaq id-doveri tiegħu bejn l-14 u l-15 ta’ Frar

Il-President ta’ Malta George Vella se jkun qed jagħmel operazzjoni żgħira nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Frar.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-President qal li din l-operazzjoni kienet ippjanata bil-quddiem u se ssir taħt anestesija ġenerali.

Għalhekk, il-President mhux se jkun jista’ jwettaq id-doveri tiegħu bejn l-14 u l-15 ta’ Frar.

F’dawn il-jiem, Dolores Cristina se tkun qed tassumi l-kariga ta’ Aġent President tar-Repubblika.

More in Politika