'Il-kultura ta' impunità għerriet anke l-Pulizija' - PN

Il-PN jappella lill-Gvern biex il-ħatra tal-Kummissarju l-ġdid issir b'kunsens u b'mekkaniżmu miftiehem mal-Oppożizzjoni.

Fi stqarrija min-naħa tal-Oppożizzjoni, Beppe Fenech Adami bħala kelliem dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità saħaq kif il-Korp tal-Pulizija jeħtieġ li jaqleb il-paġna sabiex jerġa' jakkwista l-fiduċja tal-poplu. Fenech Adami spjega kif il-Partit Nazzjonalista se jibqa' jagħmel l-almu tiegħu sabiex din il-fiduċja terġa’ tinkiseb minnufih.

Huwa qal dan fid-dawl tal-aħbar li madwar 30 pulizija tat-traffiku, inkluż supretendent, ġew arrestati wara li allegatament abbużaw mis-sahra.

Il-Partit Nazzjonalista stqarr li qiegħed isegwi mill-qrib l-aħħar żviluppli

Fi kliemu, il-Korp tal-Pulizija jinsab għaddej minn mumenti ferm diffiċli fejn huwa evidenti issa li l-kultura ta' impunità u protezzjoni tal-korrotti saħansitra għerriet din l-istituzzjoni tant importanti għal pajjiżna.

Il-PN sellem lil ħafna pulizija onesti u li fi kliemu, bħalissa qed iħossuhom ittraduti. 

Il-Partit Nazzjonalista temm b’appell lill-Gvern sabiex jaċċetta t-talba tal-PN sabiex il-ħatra tal-Kummissarju l-ġdid issir b'kunsens u b'mekkaniżmu miftiehem mal-Oppożizzjoni.

More in Politika