Ritratti | Il-Prim Ministru jilqa' lil Destiny f'Kastilja

Abela saħaq li jemmen li ċ-ċansijiet ta' Destiny fil-Eurovision, li din is-sena, se jsir fl-Olanda, huma tajbin ħafna.

Illum waranofsinhar, il-Prim Ministru Robert Abela laqa' lil Destiny Chukunyere, ir-rebbieħa tat-tieni edizzjoni ta' X Factor Malta.

Magħha kien hemm ukoll il-familja tagħha.

Fil-kummenti tiegħu, Abela faħħar it-talent kemm ta' Destiny u anke tal-kontestanti l-oħra żgħażagħ.

Qal li hu ma setax ikun hemm għax kien imsiefer iżda segwa kollox xorta waħda.

Kien hawn li saħaq li jemmen li ċ-ċansijiet ta' Destiny fil-Eurovision, li din is-sena, se jsir fl-Olanda, huma tajbin ħafna.

Min-naħa tagħha, Destiny saħqet li meta tidħol għal xi ħaġa, tidħol għaliha b'ruħha u b'ġisimha biex tirbaħ. Saħqet li anke jekk għadha ma tridx temmen, se tkun qed taħdem u tagħti l-almu kollha tagħha biex tagħmel lil Maltin kburin.

More in Politika