L-MŻPN tingħaqad ma' oħrajn fil-partit u titlob ir-riżenja ta' Adrian Delia

Il-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista titlob lil Adrian Delia jwarrab

Issa anke l-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista qed titlob lil Adrian Delia jirriżenja mit-tmexxija tal-partit. F'messaġġ fuq Facebook, il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) sostna illi dak li ġara fl-aħħar sigħat ma jistax ikun injorat.

"L-aħħar sondaġġi tal-Malta Today, l-istqarrija lbieraħ tal-Grupp Parlamentari, l-ittra ta' Louis Galea, kif ukoll is-sentiment ta' ħafna żgħażagħ li jemmnu li fil-Partit Nazzjonalista juru li hemm bżonn ta' nifs ġdid, enerġija u ideat ġodda."

L-MŻPN qal li jaqbel mal-proposta ta' Galea fl-ittra tiegħu lbieraħ u "nemmnu li l-unika triq 'il quddiem għall-Partit Nazzjonalista hi li jkollu tmexxija ġdida li warajha tiġbor lil dawk kollha li jixtiequ jagħtu kontribut biex il-Partit tagħna jissaħħaħ u jkun verament jista' jaqdi dmiru bħala Oppożizzjoni u Gvern alternattiv."

"Aħna u mijiet ta' żgħażagħ lesti nkunu protagonisti fir-riġenerazzjoni tal-Partit Nazzjonalista biex ikun forza politika b'saħħitha," itemm il-messaġġ l-MŻPN.

More in Politika