12-il għaqda jiftħu protest ġudizzjarju u jesiġu trasparenza fil-proġett tal-mina

'Dan huwa attentat ieħor fejn l-affarijiet jiġu mbuttati ‘l quddiem mingħajr ma jsiru l-istudji ambjentali, tas-saħħa u tat-traffiku'

Fi protest ġudizzjarju imressaq minn firxa wiesgħa ta’ NGOs u korpi professjonali: Infrastructure Malta, il-Ministru tat-Trasport u l-Ministru tal-Ippjanar ġew imsejħa biex jipprovdu trasparenza totali dwar il-mina ta’ bejn Malta u Għawdex.

"Infrastructure Malta baqgħet għaddejja bil-proċeduri għall-mina meta l-pjan dwar it-trasport ma jipprovdix għaliha u qabel ma saru l-assessjar u l-konsultazzjoni pubblika obbligatorji bil-liġi. Dan huwa attentat ieħor fejn l-affarijiet jiġu mbuttati ‘l quddiem mingħajr ma jsiru l-istudji ambjentali, tas-saħħa u tat-traffiku – proċessi imposti fuq il-poplu li jirrendu l-konsultazzjoni pubblika irrelevanti”, qal kelliem għall-protestanti.

It-tnax-il organizzazzjoni li ressqu l-protest ġudizzjarju huma:

Bicycle Advocacy Group, BirdLife Malta, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Isles of the Left, Kamra tal-Periti, Moviment Graffitti, Nature Trust (Malta), Ramblers' Association of Malta, The Archaeological Society Malta u Żminijietna – Leħen ix-Xellug.

More in Politika