Jitpoġġa l-aħħar travu tas-seba' flyover tal-Marsa

Il-Ministru Ian Borg saħaq li l-ħaddiema insabu impenjati biex sal-aħħar ta' Ġunju li ġej ikunu qed jintużaw l-erba' flyovers li fadal

 

Dalgħodu tpoġġa l-aħħar travu tas-seba' u l-aħħar flyover tal-Proġett tal-Junction tal-Marsa, biex hekk qed ikompli jersaq lejn tmiemu dan il-proġett.

Ħabbar dan fuq Facebook il-Ministru responsabbli mit-trasport u l-infrastruttura, Ian Borg li insista li l-ħaddiema jinsabu impenjati biex sal-aħħar ta' Ġunju li ġej ikunu qed jintużaw l-erba' flyovers li fadal.

Il-proġett tal-Marsa Junction qed isir b’investiment ta’ €70 miljun u jinkludi aktar minn 12-il kilometru ta’  karreġġjati ġodda li ser jgħaddu b’mod seperat minn fuq xulxin fi tliet livelli differenti, u se joħolqu konnessjonijiet diretti lejn it-Tramuntana kif ukoll lejn in-Nofsinhar bejn toroq arterjali li jingħaqdu f’din il-ħolqa.

 

More in Politika