Filmat | Il-PM jiddiskuti l-governanza tajba mal-President tal-Kummissjoni Ewropea

L-immigrazzjoni kienet tema oħra fuq l-aġenda ta' din il-laqgħa

Fl-ewwel impenn tiegħu barra l-pajjiż, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen fi Brussell.

Waqt din il-laqgħa ġew diskussi l-aħħar żviluppi f’Malta b’rabta mal-governanza tajba u l-bidliet immedjati li saru f’pajjiżna.

L-immigrazzjoni kienet tema oħra fuq l-aġenda fejn kien hemm il-qbil dwar il-prinċipju li jinqasam il-piż bejn il-pajjiżi membri.

Wara, il-Prim Ministru ltaqa' wkoll mal-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli.

Ilbieraħ kellu wkoll diversi laqgħat inkluż mal-President tal-Parlament Ewropew u l-Ewroparlamentari kollha Maltin, inkluż dawk Nazzjonalisti.

More in Politika