Filmat | Farrugia Portelli tindika li se tiddeċiedi dwar il-kuntratt lil Konrad Mizzi fis-sigħat li ġejjin

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli tgħid li hi ma setgħetx tkun taf bil-kuntratt għax mhux hi kienet Ministru meta ġie ffirmat

Julia Farrugia Portelli
Julia Farrugia Portelli

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli dalgħodu sostniet illi malli saret bil-kuntratt li kellu Konrad Mizzi mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ħmistax wara li rriżenja minn Ministru u li għalih qed jitħallas €6,700 fix-xahar, skatta proċess legali u fis-sigħt li ġejjin" moistennija deċiżjoni.

"Skatta mekkaniżmu ta' tim legali biex jaraw x'inhi l-validità ta' dan il-kuntratt. Jiena ma stajtx inkun naf bih għax dan kien iffirmat nhar id-19 ta' Diċembru meta ma kontx Ministru," sostniet Farrugia Portelli.

Fil-fatt fiż-żmien illi ġie iffirmat dan il-kuntratt ma kienx hemm Ministru tat-Turiżmu hekk kif il-post battal li ħalla Mizzi ma kienx mimli

More in Politika