Josè Herrera jintervjeni biex karru tal-karnival li jiddieħak bil-pedofelija ma jipparteċipax

Il-Ministru għall-Kultura u Kunsilli Lokali jintervjeni kontra karru tal-Karnival

Tpinġija ta' kif suppost se jidher il-karru
Tpinġija ta' kif suppost se jidher il-karru

Karru tal-Karnival li kien qed jiddieħak b'każ ta' pedofelija fl-Istitut ta' San Ġużepp f'Santa Venera mhux se jitħalla jipparteċipa. Dan wara kritika qawwija kif ukoll intervent Ministerjali minn Josè Herrera. Dan il-karru kellu lill-Arċisqof Charles J Scicluna fin-nofs, il-bieb tal-istitut u tfal donnhom xjaten madwaru. Quddiemu kejk ta' tieġ bejn koppja tal-istess sess. 

F'kummenti lis-sit Lovin Malta Herrera kkonferma illi kellu laqgħat ma' Festivals Malta u kien deċiż li dan il-karru ma jipparteċipax. 

Żewġ qassisin kienu ntbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja illi abbużaw ripetutament minn minorenni li kienu taħt il-kustodja tagħhom. 

Lou Bondi, li fil-fatt kien żvela dan il-każ fuq il-programm tiegħu u segwih għal diversi snin wkoll saħaq illi dan il-karru huwa l-aktar ħaġa krudili u insensittiva li qatt ra. Miegħu fil-kundanna ngħaqdu diversi persuni fuq il-midja soċjali.

 

More in Politika