Bonnici jkeċċi konsulent tal-Ministeru li biddel il-profil ta' Pieter Omtzigt fuq Wikipedia

Pieter Omtzigt hu r-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-omiċidju tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia

Il-Ministru Owen Bonnici  | Ritratt ta' James Bianchi
Il-Ministru Owen Bonnici | Ritratt ta' James Bianchi

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici ttermina b’effett immedjat il-kuntratti kollha ta’ konsulenza li kellha għal dawn l-aħħar snin persuna fi ħdan l-istess ministeru. 

Dan għamlu wara li rriżulta f'investigazzjoni teknika, li f’okkażjoni partikolari fil-ġimgħat li għaddew din il-persuna użat kompjuter reġistrat fuq il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol sabiex tbiddel il-profil tal-Wikipedia ta’ Pieter Omtzigt.

Pieter Omtzigt hu r-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-omiċidju tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia.

 

More in Politika