Il-PM offra l-Edukazzjoni lil Justyne Caruana imma 'għaddiet tagħha'

Niżvelaw għaliex in-negozjati bejn il-PM Abela u Justyne Caruana damu għaddejjin biex finalment Caruana żammet il-Ministeru ta' Għawdex

Justyne Caruana
Justyne Caruana

Dan is-sit jinsab infurmat li n-negozjati bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana damu għaddejjin hekk kif din baqgħet tirreżisti li titlaq minn Ministru ta’ Għawdex.

Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata illi Abela offra d-dekasteru tal-edukazzjoni lil Justyne Caruana, minflok dak ta’ Għawdex. Jidher iżda illi Caruana sostniet li hi mhux se taċċetta dan għaliex mexxiet id-dekasteru tagħha b’effiċjenza u dejjem kienet retta f’xogħolha.

Caruana fil-fatt hija l-aktar persuna li damet Kastilja anke jekk kienet waħda mill-ewwel Ministri li daħlu fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.

Minflok, il-portafoll tal-edukazzjoni ngħata lil Owen Bonnici, li kellu f’idejh il-ġustizzja taħt il-Gvern ta’ Joseph Muscat.

Intant Għawdex se jkollu żewġ Deputati fil-kabinett: Caruana u Clint Camilleri li ngħata l-Ministeru tal-Biedja u Sajd.

Caruana ngħatat il-kariga tal-lum wara l-elezzjoni tal-2017 hekk kif l-eks PM Joseph Muscat ma tax il-Ministeru ta’ Għawdex lil Anton Refalo. 

Taħt pressjoni dalgħodu ...

Intant dalgħodu Caruana tinsab taħt pressjoni hekk kif The Sunday Times ippubblikat storja li tgħid illi żewġha u eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta siefer ma' Yorgen Fenech biex jara logħba futbol.

More in Politika