Esklussiva | Glenn Bedingfield mistenni jkun appuntat Whip tal-Grupp Parlamentari

Ser issir proposta biex Bedingfield jinħatar Whip tal-Grupp Parlamentari

Glenn Bedinfield
Glenn Bedinfield

Dan is-sit jista' jiżvela li d-Deputat Laburista Glenn Bedingfield mistenni jkun appuntat Whip, mill-Grupp Parlamentari Laburista.

Bedingfield huwa Deputat mit-tieni distrett u meqjus bħala persuna qrib u ħabib personali ta' Joseph Muscat. 

Dan is-sit huwa nfurmat li ser issir proposta biex Bedingfield jinħatar Whip tal-Grupp Parlamentari, kariga li kien jokkupa Byron Camilleri qabel kien elett Ministru tal-Intern, iktar kmieni llum. 

More in Politika