Repubblika twissi lil Robert Abela biex ma jimxix fuq il-passi ta' Muscat

Repubblika twissi lill-PM il-ġdid biex ma jimxix fuq il-passi tal-predeċessur tiegħu li qalet illi ppermetta lill-mafja tinfiltra l-Istat Malti

Rittratt James Bianchi
Rittratt James Bianchi

L-għaqda Repubblika sostniet illi ma tistax tifhem kif il-Prim Ministru Robert Abela qed jirreferi għal-legat ta' Joseph Muscat, "meta Muscat abbuża mill-poter mogħti lilu," saħqet. Saħansitra qalet illi Muscat ippermetta lill-mafja tinfiltra fl-istat Malti. 

Repubblika qalet f'ittra mibgħuta lill-Prim Ministru l-ġdid ta' Malta wissiet illi jekk hu se jkompli fuq it-triq ta' Muscat, "u l-politki korrotti tiegħu għalina mhux aċċettabbli."

"Għal sentejn sħaħ Muscat irreżista li jiftaħ inkjesta pubblika fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, minkejja l-obbligi tal-Gvern," saħqet l-ittra li ntbagħtet lill-Prim Ministru. "Hu impjega nies fl-uffiċċju tiegħu li pparteċipaw fil-qtil ta' ġurnalista, abbuża mill-poter biex jagħżel il-ġudikatura, abbuża mill-poter meta impjega Deputati, inkluż lilek, u biddel il-Parlament f'timbru għall-poteri eżekuttivi."

Repubblika qalet lill-Abela li Muscat abbuża l-poter meta baqa' jbiddel il-Kummissarju tal-Pulizija u skontha, għalaq il-bibien għall-midja barranija.

:

 

More in Politika