L-ekonomista u Kap ta' Jobs Plus Clyde Caruana se jkun iċ-Chief of Staff ta' Abela

Chairman tal-Jobs Plus, ekonomista u jagħti lekċers fl-Università ta' Malta

Clyde Caruana
Clyde Caruana

Robert Abela għamel għażla interessanti għaċ-Chief of Staff tal-Uffiċċju tiegħu f'Kastilja (OPM), pożizzjoni li qajmet furur u kontroversji meta kienet okkupata minn Keith Schembri, taħt il-Gvern ta' Muscat. Iċ-Chief of Staff fl-OPM se jkun Clyde Caruana.

Caruana kien Chairman tal-Jobs Plus u ilu f'din il-kariga mill-2013 u allura minn meta kien elett Gvern Laburista.  Caruana  huwa ekonomista u bejn l-2007 u l-2012 ħadem ukoll fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Huwa, okkażjonalment, jagħti lekċers fl-Università ta' Malta. 

Huwa meqjus ukoll bħala persuna li toħloq politiki (policy maker), kif għamel fil-fatt f'Jobs Plus

More in Politika