Ritratti | Mit-tmiem ta' era sar-rebħa kbira ta' Abela. L-istorja tal-aħħar ġranet f'ritratti

Kienu ġranet mill-aktar interessanti għal Partit Laburista u x-xenarju politiku Malti

Dawn l-aħħar ġranet kienu pjuttost interessanti u intensivi għall-Partit Laburista u anke għal pajjiż, hekk kif raw lill Joseph Muscat jirriżenja wara sitt snin fil-kariga ta' Prim Ministru u fid-dawl ta' akkużi serji fuq uħud mill-aktar nies influwenti fil-Gvern tiegħu. 

L-aħħar messaġġ ta' Muscat fil-Padiljun Sportiv ta' Raħal Ġdid ġab dieqa għal ħafna attivisti u votanti Laburista hekk kif it-tmiem ta' Muscat kien jissimbolizza it-tmiem tal-ewwel kapitlu illi fih il-Partit Laburista kien ittrasformat f'wieħed rebbieħ. Il-Partit Laburista rebaħ kull elezzjoni mill-2009 'il b'aktar minn 33,000 vot. 

Imbagħad kellna jum il-votazzjoni, jum illi fih 17,300 membru tal-partit (500 kienu diġa' vvutaw kmieni) għamlu l-għażla tagħhom. Għażla li ssorprendiet u tat riżultat ċar ħafna: 9,342 vot lil Robert Abela u 6,798 vot lil Chris Fearne. 

Ilbieraħ Abela għamel l-ewwel diskors tiegħu bħala Mexxej Laburista, diskors illi fih għadda messaġġ favur l-imħabba, il-kuraġġ u partit magħqud. 

Kienu ġranet ta' emozzjonijiet, bla dubju. Ta' ferħ u trijonfaliżmu, għal dawk ta' rabja, dwejjaq, ferħ u biki.

Hawn huma dawn il-ġranet f'ritratti proprjetà ta' Mediatoday u lkoll meħudin minn James Bianchi.

Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi

More in Politika