Hekk kif Fearne ordna li jiżżarma l-Ministeru nies qrib tiegħu jgiddbuh: Lou Bondi parti mill-kampanja

Persuni qrib ta' Fearne jitħallew fil-għama waqt li hu jagħti struzzjonijiet biex jitneħħa kollox li hu tiegħu mill-Ministeru - nies qrib tiegħu jgidduh fuq Lou Bondi

Nies qrib ħafna ta' Chris Fearne, li tkellmu ma' dan is-sit mhux biss esprimew rabja kbira għall-fatt li huma tħallew fil-għama waqt li Fearne qed iżarma l-Ministeru imma giddbu lill-istess Fearne hekk kif qalu li fil-fatt Lou Bondi kien parti attiva mill-kampanja tal-Ministru tas-Saħħa. Tant hu hekk li kważi kuljum hu kien qed jiltaqa' ma' Keith Fearne, ħu l-Ministru, biex ifasslu l-kampanja. 

Is-sehem ta' Bondi kienet diċerija qawwija ħafna fil-Partit Laburista. Minkejja dan, fuq il-programm Xtra Fearne ċaħad u sejjaħ gidba dik illi Lou Bondi huwa parti mill-kampanja tiegħu. Anke Bondi nnifsu ċaħad li kien parti mill-kampanja. 

Illum iżda kienu nies qrib tiegħu stess li kkkonfermaw dak li kemm Fearne, kif ukoll Bondi ċaħdu

Dawk li kellmuna esprimew rabja li Fearne lanqas biss ikkonsultahom u qabad u żarma l-Ministeru mill-affarijiet tiegħu dalgħodu.

Mhux ċar dan ifissrix li Fearne se jirriżenja jew inkella hux se jingħata Ministeru ġdid. 

Fearne sofra telfa umiljanti nhar is-Sibt hekk kif kontra dak kollu mistenni Robert Abela kiseb 9,342 vot jew 58% u Chris Fearne kiseb 6,798 vot jew 42%.

Intant fost sostenituri ta' Chris Fearne hemm rabja wkoll għall-fatt li dan ma deher imkien ilbieraħ għall-ewwel diskors ta' Abela u lanqas waqt il-proċess tal-għadd tal-voti, meta kien ċar li se jitlef. 

More in Politika