Robert Abela b'rebħa kbira u se jsir it-tmien Prim Ministru ta' Malta mill-Indipendenza

Robert Abela b'rebħa kbira ħafna ta' 58%  -  Chris Fearne b'telfa pjuttost kbira

Robert Abela rebbieħ
Robert Abela rebbieħ

Robert Abela irnexxielu jagħmel rebħa kbira ħafna hekk kif kiseb kważi 58% tal-voti. Abea saħansitra rebaħ ukoll l-ewwel voti tal-kaxxa fir-raba' distrett, meqjus bħala s-saħħa ta' Fearne u kaxkar fl-ewwel kaxxa tas-seba' distrett, illi fih Abea huwa b'saħħtu. 

Jidher li l-uniku soljev ta' Fearne kien Għawdex.

Din it-rebħa, xi ftit jew wisq sorpriża se tagħmel lil Abela it-tmien Prim Ministru ta' Malta mill-Indipendenza. 

Aktar Kmieni: Fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista bħalissa beda l-proċess tal-għadd tal-voti, hekk kif bdiet ir-rikonċilja it-tmien Prim Ministru ta' votizzjoni tal-voti. Dan, hekk kif waslu l-kaxxi ta' Għawdex ukoll. 

Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi

Il-proċess kollu mistenni jieħu sa' nofsiljel jew is-1:00 a.m, meta jkun hemm indikazzjoni ċara ta' min huwa r-rebbieħ.

Intant ftit qabel ma beda l-proċess is-sit Maltatoday ippubblika sondaġġ li juri, għall-ewwel darba, lil Robert Abela jaqbeż lil Chris Fearne b'51.5%.  L-istess sondaġġ juri illi Abela għandu, jekk tikkonsidra l-marġinu ta' żball ta' 5.1%,  appoġġ ta' bejn 46.4% u 56.6%, filwaqt li Fearne għandu bejn 43.4% u 56.6%. 

Minkejja dan, 44.8% qalu li ma jafux lil min se jivvutaw (Is-sondaġġ sar qabel illum imma kien ippubblikat biss illejla).

More in Politika