99 immigrant salvati mill-baħar niżlu Malta

L-immigranti kienu abbord dgħajsa tal-organizzazzjoni Sea-Watch

Skont sors li tkellem mal-gazzetta MaltaToday illum għall-ħabta tas-12:45 pm niżlu Malta 99 immigrant.

L-immigranti kienu abbord id-dgħajsa Sea-Watch 3 li tappartieni lill- organizzazzjoni Ġermaniża Sea-Watch. L-organizzazzjoni SeaWatch qalet ukoll fuq Twitter li nhar il-Ġimgħa filgħodu ġew salvati madwar 42 immigrant.

Il-persuni abbord id-dgħajsa qalu li l-immigranti kienu ilhom fuq id-dgħajsa diversi jiem. Żiedu jgħidu li l-immigranti għarrfuhom li minn ħdejhom kienu għaddew għadd ta’ vapuri li madankollu injorawhom.

 

 

More in Politika