Aġġornata | Imut it-tieni Kardinal Malti fl-istorja, Prospero Grech

Imut it-tieni Kardinal Malti Prospero Grech...

Il-Kardinal Propsero Grech mal-Papa Franġisku
Il-Kardinal Propsero Grech mal-Papa Franġisku

Il-Kardinal Prospero Grech, it-tieni Kardinal Malti fl-istorja u wieħed mit-22 Kardinal li ħatar il-Papa Benedittu XVI fi Frar 2012, miet illum fl-età ta' 94 sena.  

L-ewwel Kardinal Malti kien Fabrizio Sceberras Testaferrata u inħatar 168 sena ilu. 

Il-mewt ta' Grech tħabbret mill-Istituto Patristico Augostinianum f'Ruma. 

Intant il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta' Prospero Grech y għadda l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari u għeżież tal-Kardinal Prospero Grech.

Anke l-Partit Laburista sellem il-memorja ta' Grech u fi stqarrija qal li dan se jibqa’ magħruf "għall-għerf tiegħu u l-isem li għamel għalih u għal pajjiżna. Kellu sehem ukoll favur il-paċi fis-snin iebsa tad-dnub il-mejjet."

Il-PL temm jgħid li żgur li se jħalli vojt għall-komunita’ li kien jaħdem fiha u dawk li jafuh.

 

More in Politika