Jinqata’ d-dawl darbtejn f’ħafna lokalitajiet f'inqas minn 24 siegħa ... imma jiġi lura wara 10 minuti

Wara li lbieraħ inqata' d-dawl, f'ħafna lokalitajiet illum jerġa jinqata', imma għal ftit minuti biss

Sigħat wara li telaq id-dawl ilbieraħ filgħaxija, ħafna lokalitajiet, illum reġgħu spiċċaw bla dawl, anke jekk biss għal ftit minuti.

Dan is-sit huwa infurmat li fost il-lokalitajiet fejn telaq id-dawl hemm San Ġwann, Marsascala, Ħal Balzan, Żejtun, Marsaxlokk, Ħal Tarxien, Birgu, Ħal Qormi, Mosta, Ħ’Attard, Ħamrun u San Pawl il-Baħar.

Jidher illi dan il-qtugħ fid-dawl b’mod regolari ħafna huwa frott ħsarat fl-interconnector u allura dipendenza fuq il-Power Station l-antika u l-ġdida.  Ilbieraħ ħafna lokalitajiet kienu bla dawl għal bejn nofs siegħa u siegħa.

Iktar kmieni dan ix-xahar id-dawl saħansitra inqata’ għal madwar tliet sigħat. Huwa mistenni dan il-qtugħ jibqa' għaddej sakemm il-ħsarat fuq l-interconnector ikunu rranġati. 

More in Politika