L-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku se jingħaqdu għall-elezzjoni ġenerali li jmiss

L-Alternattiva Demokratika mhux se tipparteċipa mal-Partit Laburista fil-kommemorazzjoni ta' Karin Grech

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-AD u l-PD
Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-AD u l-PD

L-Alternattiva Demokratika (AD) ħabbret illi għall-elezzjoni ġenerali li jmiss se tkun qed tifforma front flimkien mal-Partit Demokratiku. Dan tal-aħħar tilef lill-Kap u fundaturi tiegħu Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia li rreżenjaw u baqgħu Deputati indipendenti. 

"Iġġilidna l-istess ġlieda għal snin. Naraw għajn m'għajn. Irridu nikbru flimkien u nagħmlu dan permezz ta' proċess miftuħ u f'konsultazzjoni mal-pubbliku," sostna Timothy Alden. 

Intant fid-dawl ta' dak li qed jiġri fil-pajjiż u l-iżviluppi fir-rigward tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, l-AD ħabbret li mhijiex se tikkommemora lil Karin Grech mal-Partit Laburista, minkejja li kienet ipparteċipat fil-kommemorazzjoni ta' Raymond Caruana mal-Partit Nazzjonalista. Minflok għamlet dan għaliha dalgħodu.

Waqt konferenza quddiem il-bust li jfakkar lil Grech f'San Ġwann iċ-Chairman tal-AD Carmel Cacopardo qal illi l-qtil ta' Karin Grech, bħal ta' Daphne Caruana Galizia u Raymond Caruana huwa tebgħa fuq pajjiżna. 

Il-PD qal illi jikkundanna kull tip ta' vjolenza u mibegħda u ried ifakkar lil dawk kolha li ħallsu b'ħajjithom għat-twemmin politiku, prinċipji, sess u reliġjon. 

More in Politika