L-istrina tisbaħ bi traġedja ... tifel jitlef ħajtu

Traġedj f'barriera fl-Imqabba wara li tifel ta' seba' snin jintlaqat minn gaffa li mxiet waħedha

Il-jum tal-Istraina fetaħ bi traġedja hekk kif tifel ta' erb' snin tilef ħajtu. 

 Għall-ħabta tas-7:00 a.m  il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm weġġa’ tifel ta’ seba' snin, f’barriera f’inħawi ta’ Ta’ Kandja, l-Imqabba. Il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret, irriżulta li gaffa imxiet weħidha lura u laqtet it-tifel.

Waqt li ġara l-inċident, fuq il-post kien hemm qarib tat-tifel li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fil-barriera. It-tifel sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq l-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-incident għadha għaddejja.

Marru wkoll Uffiċċjali mill-Awtorita’ tas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-post tax-xogħol.;

More in Politika