'Dan hu mument li jeħtieġ li kulħadd jerfa' r-responsabbiltà tiegħu biex nerġgħu nibdew nibnu lil pajjiżna mill-ġdid' - Delia

Waqt l-intervista, Delia fakkar bir-rebħa ta' każ Kostituzzjonalu li tagħtu d-dritt li jingħata kopja tar-rapport dwar Egrant

Delia waqt intervista
Delia waqt intervista

Illum, f’intervista fuq in-NET FM, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li Malta hi l-unika pajjiż li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed jiġi ivestigat għall-assissinju ta’ ġurnalista.  Żied ukoll jgħid li l-Kummissarju tal-Pulizija pproteġa l-kriminali u li l-Avukat Ġenerali kiser il-Kostitutzzjoni.

Delia kompla jgħid li Malta kella bżonn bidla mill-qiegħ. Saħaq ukoll li għax il-President ma’ kellux il-poter biex jindirizza l-kriżi politika tal-pajjiz, kellhom ikunu il-Deputat tal-Prim Ministru, il-kandidati għal Prim Ministru, u l-membri Parlamentari tal-Laburisti.

Waqt l-intervista, Delia fakkar li din il-ġimgħa rebaħ każ Kostituzzjonalu li tagħtu d-dritt li jingħata kopja tar-rapport dwar Egrant. Minn dan kien qal li skont il-Qorti Kostituzzjonali l-Avukat Ġenerali kiser mhux biss id-dritt tal-libertà tal-espressjoni imma id-dritt li persuna ma tiġix diskriminata politikament. Minħabba dan, Delia qal li l-pożizzjoni tal-Avukat Ġenerali ma baqgħetx tennibli, iżda dan baqa’ fil-kariga.

Delia kkonkluda id-diskors tiegħu billi fakkar li l-maġġoranza tal-membri Parlamentari Ewropew, mdwar 84%, inkluż il-Partit Soċjalista Ewropew ivvutaw “favur mozzjoni li tikkundanna lil Joseph Muscat u l-aktar Gvern korrott fl-istorja ta’ pajjiżna…dan huwa mument li jeħtieġ li kulħadd jerfa' r-responsabbiltà tiegħu sabiex nerġgħu nibdew nibnu lil pajjiżna mill-ġdid, u dan favur il-poplu u favur l-aqwa ġid ta' Malta qabel kollox”.

More in Politika