'Ħadd ma għandu dritt iħammiġli ismi'; Owen Bonnici b'libell kontra Jason Azzopardi

Bonnici saħaq li dan huwa t-tieni libell li se jiftaħ fil-karriera tiegħu għax dejjem jemmen li l-politiċi għandhom ikunu miftuħa għall-kritika

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici fetaħ libell kontra d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Fuq Facebook, Bonnici saħaq li dan huwa t-tieni libell li se jiftaħ fil-karriera tiegħu u fi kliemu qed jagħmel dan minħabba kliem u aġġettivi li kiteb fuqu Azzopardi.

“Ħadd ma għandu dritt iħammiġli ismi inġustament imma żgur mhux, minn tant nies, Jason Azzopardi tal-Lowenbrau,” saħaq Azzopardi.

Qal li kemm ilu fil-politika, minkejja dak li ntqal fuqu, qatt ma fetaħ libell ħlief wieħed, meta l-Partit Nazzjonalista kien qal li ħabat bil-karozza għax kien xurban. Fi kliemu, jemmen li l-politiċi jridu jkunu lesti jirċievu kritika.

Insista li “r-rule of law titlob li fejn wieħed joħloq malafama inġusta, dak li jkun ikollu dritt li jnaddaf ismu,” temm jgħid il-Ministru.

More in Politika