#findmyiphone - Il-Kap Eżekuttiv tal-Labour b'botta diretta għal Keith Schembri

'U ħallina," kiteb de Battista wara li Keith Schembri informa lill-Pulizija li tilef il-mowbajl

 Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph de Battista ma felaħx għal dak li ħareġ fil-Qorti llum u tefa' botta diretta u ċara għall-eks Chief of Staff Keith Schembri.

'U ħallina," kiteb de Battista wara li dalgħodu l-Ispettur Keith Arnaud qal li Keith Schembri informa lill-Pulizija li tilef il-mowbajl, tant li mis-26 ta' Novembru dawn għadhom qed jipprovaw isibuh.

Temm il-post tiegħu b'hashtag sarkastika wkoll: #findmyiphone

More in Politika