'Dawn f’daqqa waħda nbidlu, f’daqqa waħda' - Adrian Delia

Adrian Delia jgħid li Chris Fearne u Robert Abela mhux ġenwini fid-diskors tagħhom dwar il-Prim Ministru u l-Kummissarju

Adrian Delia
Adrian Delia

Illum, waqt intervista fuq in-NET FM, Adrian Delia, il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar bosta affarijiet, fosthom is-sitwazzjoni li tinstab fiha bħalissa Malta.

Delia semma lil Robert Abela u Chris Fearne direttament u qal li “Dawn f’daqqa waħda nbidlu, f’daqqa waħda. Minflok fiduċja fil-Prim Ministru u l-Kummissarju, issa jridu jneħħu lit-tnejn li huma”. Semma wkoll il-Prim Ministru, u tkellem dwar ir-riżenja tiegħu meta qal li Joseph Muscat irreżenja mhux għall-ġid tal-pajjiż iżda minħabba l-pressjoni li kien hemm fuqu.

Delia kompla jgħid li Malta ma kinitx “marida iżda mkissra, u mkissra b’mod kważi irriversabbli”. Barra minn hekk Delia semma li l-grupp implikat fil-korruzzjoni u l-qtil ħataf mhux biss il-partit, mhux biss il-Gvern, imma l-pajjiż ukoll. Kompla bl-idea li tinbidel il-Kostituzzjoni, dan għaliex, skontu “qas qatt ħasbu dawk li kitbu l-kostituzzjoni li l-Gvern jista jkun mnawwar…il-Konstituzzjoni ma kinitx biżżejjed”.

Fost affarijiet oħrajn li tkellem fuqhom Delia kien hemm dokument ta’ 15-il punt biex tinbidel il-Kostituzzjoni, u l-politika f’Malta. Madankollu, Delia qal li dawn il-punti kienu struttura ġdida, għall-bidla tal-poltiċi, għal kostituzzjoni u l-midja nnifisha.

Id-dokument li kien qed jitkellem fuqu ġie approvat ilbieraħ mill-Kunsill Ġenerali tal-Partit. Sostna wkoll li dan id-dokument kien blueprint għal pajjiż ġdid, pajjiż ta’ politika onesta u ta’ integrità u biex “dan li sar, ma jerġa' jsir qatt”.

Barra minnhekk, Delia tkellem ukoll fuq ir-rikostruzzjoni tal-pajjiż u li jkun hemm ħarsiental-pedamenti tal-politika fil-pajjiż u jekk issir il-bidla ssir għal ġid komuni.

Delia kkritika wkoll is-sistema tal-persons of trust għax “it-tfal tagħhna jiggradwaw u ma jistgħux isibu xogħol waqt l-persons of trust jieħdu kuntratt ta’ €80,000. Barra minn hekk, saħaq li “dan il-pajjiż miexi minn fuq il-persons of trust…kważi mmexxi minnhom… u dawn imħallsin mit-taxxi tagħna!” Wara dan, tkellem dwar il-każ tal-Vitals, fejn skontu taw kuntratt jiswa €2 biljun għal kumpanija li ma setgħetx tagmel dak li kien fil-kuntratt.

Delia sostna wkoll li l-Kummissarju qed jipproteġi lill-kriminali, u li l-Partit Nazzjonalista konsistament qalu dak li hu tajjeb u dak li hu hażin għal pajjiż. Barra minn hekk, qal li ħadd mhu fuq il-liġi, u li kull minhu kriminal għandu jitressaq quddiem il-ġustizzja, “mela xi ħadd li ma jħallasx it-taxxa fuq tużżana pastizzi jitressaq lejn il-Qorti waqt li dawk li għalmu l-korruzzjoni le”.

Delia kkonkluda l-intervista b’sejħa għall-għaqda, dan għaliex, kif qal hu “ma nistgħux nibqgħu niġġieldu, jekk niġġieldu iktar nitkissru… irridu ningħaqdu għall-pajjiż, mhux biss għall-partit”. Saħaq ukoll li l-poplu jrid jifhem li jekk is-sitwazzjoni tibqa’tiggrava ma jibqgħux jistgħu jitkellmu, u allura, iridu jkunu protagonisti fis-sitwazzjoni, li huma jridu jieħdu azzjoni, barraminn hekk, stieden lil dawk il-Laburisti, li skontu, “ġenwinament iħobbu lil pajjiżhom biex ineħħu dawk in-nies kollha”. Delia għalaqb’dikjarazzjoni fejn qal li “jrid ikollna l-kuraġġ, u mhux Malta tagħna lkoll…iżda Malta aħna lkoll…irridu nqumu biex insalvaw lil pajjiżna”

 

 

More in Politika