Il-Kamra tal-Kummerċ tgħid li dawk li pparteċipaw fil-korruzzjoni jridu jitressqu quddiem il-ġustizzja

"Din is-sitwazzjoni kienet kwistjoni ta' korruzzjoni u mhux ta' negozju"

Fi stqarrija li ħarġet illum, il-Karma tal-Kummerċ (MCC) qalet li huwa tal-biża' li n-nies fil-poter abbużaw dak il-poter biex jippromovu, jiffaċilitaw u jikkonfoffaw f’atti kriminali u li din is-sitwazzjoni kienet kwistjoni ta’ korruzzjoni u mhux ta’ negozju.

Barra minn hekk, żiedet ukoll li hi, bħall-President, kienet tixtieq li min huwa involut fis-sitwazzjoni preżenti ta’ korruzjoni jitressqu quddiem il-ġustizzja u li, “huma min huma, iridu jsofru l-konsegewenzi għall-azzjonijiet tagħhom għax l-azzjonijiet tagħhom qatt ma jistgħu jkunu ġġustifikati”.

Semmiet ukoll li hi kienet se tiltaqa' mal-President biex tesprimi t-tħassib tagħha fuq is-sitwazzjoni, kif ukoll biex tikkundanna l-atti ta’ nies kriminali li mmexxija mill-flus u mill-poter.

L-MCC ikkonkludiet li hi kienet impenjata biex iżżomm lir-reputazzjoni ta’ Malta u biex turi li Malta hi pajjiż ta’ trasparenza u ta’ etika f’kull livell ta’ negozju u ta’ ħajja.

More in Politika