Ritratti: Il-President u l-armata milqugħa bit-tisfir u l-għajjat waqt iċ-ċerimonja tar-Repubblika

Id-dimostranti qed isejħu għar-riżenja immedjata tal-Prim Ministru Joseph Muscat

Il-Belt Valletta dalgħodu kienet mifqugħa bl-uffiċjali tal-Pulizija hekk kif Repubblika u Occupy Justine organizzaw protesta biex issejjaħ għar-riżenja ta' Joseph Muscat waqt li se tkun għaddejja l-parata u ċ-ċelebrazzjoni ta' Jum ir-Repubblika.

Il-Pulizija jippakkjaw tul triq ir-Repubblika u anke quddiem il-Berġa ta' Kastilja u l-Parlament.

Il-President George Vella, li għadda bil-vettura minn Triq ir-Repubblika, intlaqa' bl-għajjat u t-tisfir ta' 'mafja' u 'korrotti,' l-istess kif intlaqgħet il-parata tal-Forzi Armati ta' Malta.

Il-Prim Ministru jinsab fi Brussell u għalhekk kien id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li rrappreżenta lill-Gvern.

Id-dimostranti żammew kartelluni b'wiċċ Muscat u anke uħud b'wiċċ martu Michelle u l-kliem: "Lupu liebes ta' ħaruf."

Il-protesta spiċċat bil-kant tal-innu Malti hekk kif intemmet iċ-ċerimonja uffiċjali.

More in Politika