Repubblika trid li l-Kunsill Ewropew ma jaċċettax lil Muscat

Il-laqgħa tal-Kunsill se sseħħ għada u nhar il-Ġimgħa

Repubblika, f’ittra li bagħtet lill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel qalet li mhux ġust li l-Unjoni Ewropea qed titratta Prim Ministru li ma jridx jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu bħala ugwali.

Fl-ittra, Repubblika qed jinsistu mal-Kunsill Ewropew biex jissospendi l-parteċipazzjoni ta’ Malta, dan għaliex qalet li l-partiċipazzjoni ta’ Muscat fil-Kunsill kien qiegħed jgħarraq ir-reputazzjoni ta’ Malta u tal-UE.

Kompliet tgħid li “hu reġonevoli biex tissuspetta li l-uffiċċju ta’ Muscat ipparteċipa f’konfoffa biex jgħatti l-qtil, u allura hu ġustifikat li tassumi li l-awtoritajiet għandhom jinvestigaw il-possibiltà li Joseph Muscat u, jew ukoll il-ħaddiema tiegħu kellhom x’jaqsmu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fakkret li l-persuna arrestata bħala mandant ta’ dan ir-reat kienet viċina ħafna tal-eks Chief of Staff Keith Schembri u anke involuta fil-proġett tal-power station il-ġdida, li kienet il-wiegħda li rebbħet l-elezzjoni lil Joseph Muscat,

Barra minn hekk Repubblika qalet li Muscat, bħala kap ta’ gvern ta’ membru stat tal-UE hu parti integrali mill-UE, u waqt li kkwotat lid-delegazzjoni li ġiet mill-UE, insitiet li Muscat kien tradixxa l-fiduċja li kellha fih l-Ewropa. Minħabba dan, talbu lill-UE biex ma' jaċċettawx lill-Muscat waqt il-laqgħa tal-Kunsill se sseħħ għada u nhar il-Ġimgħa.

Repubblika sostniet li l-fatt li l-evidenza msemmija fil-qrati u fil-midja ma kinitx miċħuda, tibgħat messaġġ ċar li l-ħaddiema fl-uffiċċju tal-Prim Ministru huma involuti direttament man-nies implikati fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, fosthom Keith Schembri.

Barra dan, Repubblika insistiet li l-pożizzjoni tal-Prim Ministru mhijiex tenibbli.

More in Politika