Jean Claude Micallef se jkun qed jieħu s-siġġu ta' Helena Dalli

Jean Claude Micallef se jieħu s-siġġu Parlamentari ta' Helena Dalli hekk kif jgħaddi lil Mario Calleja

Jean Claude Micallef jitkellem fil-Kalkara | ritratt: James Bianchi
Jean Claude Micallef jitkellem fil-Kalkara | ritratt: James Bianchi

Jean Claude Micallef se jkun qd jieħu post Helena Dalli hekk kif kiseb l-akbar numru ta' voti li intirtu mill-istess Dalli li issa se tkun qed taqdi l-irwol ta' Kummissarju Ewropew fil-Kummissjoni ta' Ursula Von Der Leyen.

Minkejja dan Calleja kiseb 1,506 voti fl-ewwel għadd, li huwa aktaf minn ta' Micallef li  kiseb 1,367 fl-ewwel għadd. 

Edric Micallef, perit u eks Sindku ta' Marsaxlokk kiseb 664 vot fl-ewwel għadd. 

Dawn huma voti li ntirtu mill-unijiet ta' Helena Dalli fuq it-tielet distrett. 

Micallef kien eks preżentatur u eks membru tal-Eżekittiv tal-Partit Nazzjonalista, qabe imbagħad daħal mal-Partit Laburista u kien kandidat tiegħu fuq it-tielet distrett. 

More in Politika