‘Se nagħmel l-aħjar li nista’ – Schembri lil Fenech dwar il-bail tat-tlett irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne

Keith Arnaud jixhed illi Yorgen Fenech kien qal lil Melvin Theuma li Keith Schembri se jagħmel li jista' fir-rigward tal-ħelsien mill-arrest tal-irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne

Keith Schembri
Keith Schembri

Mill-kumpilazzjoni li għaddejja bħalissa illi fiha qed jixhed Keith Arnaud jirriżulta li Melvin Theuma kien iddisprat u osssesjonat b’din l-idea li l-aħwa Degiorgio jingħataw il-ħelsien mill-arrest.

Hu kien ċempel lil Yorgen Fenech u dan qallu illi se jitkellem ma’ Keith Schembri. Ftit wara Fenech reġa kellem lil Melvin u qallu li Keith Schembri, dak iż-żmien Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kien qallu illi ma messux wiegħed ħelsien mill-arrest imma se jagħmel l-aħjar illi jista’. Kliemu eżatt kien: "jagħmel l-aħjar li jista'"

Intant, isem Keith Schembri issemma f’ittra illi kiteb Melvin Theuma għaliex dan kien ċert illi se jkun eliminat, xehed Arnaud.  Fl-ittra Theuma jimplika lil Schembri fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, flimkien ma’ Yorgen Fnech negozjant, sid 17 Black u issa qed jirriżulta li kien ħabib sew ta’ Keith Schembri.

Arnaud sostna illi Theuma għadda din l-ittra għax kien qed jibża’ illi Yorgen Fenech se juża lil Schembri, ħabib tiegħu, biex jitfgħu l-ħabs.

Arnaud qal illi l-investigaturi ppressaw lil Theuma biex dan jagħti informazzjoni dwar Schembri, filwaqt li investigaw ukoll lil Kenneth Camilleri, membru tas-sigurtà tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Theuma kien qal illi Camilleri kien kellmu u wiegħdu li l-akkużati bil-qtil ta’ Caruana Galizia kienu se jingħataw il-ħelsien mill-arrest.

Jidher illi Kenneth Caimilleri kien tahom l-idea illi se jkunu qed jieħdu dan il-ħelsien nhar it-22 ta’ Mejju. Arnaud jgħid illi dakinhar kien hemm smigħ dwar il-każ.

Theuma qal lill-investigaturi illi hu semma’ lil Keith Schembri għax kien jaf li Fenech huwa ħabib tiegħu u allura ried jagħmillu pressjoni.

'Ma nistax ngħid taħt ġurament li Keith Schembri kellimni'

Melvin Theuma saħaq li semma lil Schembri fl-ittra li kiteb għax kien qed jibża' li Yorgen se juża l-għajnuna taċ-Chief of Staff biex jitfgħu l-ħabs.

"Iżda ma nistax ngħid taħt ġurament li Keith xi darba tagħni xi flus jew inkella kellimni dwar il-qtil ta' Daphne. Kont nibża' għax it-tnejn kienu ħbieb," insista Theuma. "Għalija, Yorgen Fenech kien il-mandant."

X'nafu sa issa? 

Illum, bħalissa għaddejja il-kumpilazzjoni fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, umatulu se jibdew jitilgħu x-xhieda biex jixhdu. Yorgen Fenech, li hu s-suspettat ewlieni fil-każ, hu akkużat il-qtil. Yorgen Fenech, fix-xhieda tiegħu, akkuża lill-eks Chief of Staff tal-OPM, Keith Schembri li pjana il-qtil, kif ukoll li kien il-mandant fil-qti tal-ġurnalista.

F’20 ta’ Novembru, Fenech kien arrestat mill-AFM waqt li pprova jaħrab minn Malta Fuq il-jott tiegħu. Tlett ijiem wara, Fenech jittieħed lejn l-Isptar wara li jirrakkomda hekk it-tabib tiegħu. Ftit wara, Fench jitlob għal maħfra Presidenzjali għall-evidenza li kellu.

Is-27 ta’ Novembru, it-tabib ta’ Yorgen Fench, Adrian Vella, jiġi interrogat mill-pulizija b’suspett li ostakola l-ġustizzja meta irrakkomanda biex Fenech jittieħed l-Isptar. Barra minn hekk it-tabib kien arrestat wara li kien żvelaw li kien għadda messaġġ bejn Yorgen Fenech u Keith Schembri. L-għada, Ir-rikordings ta’ Melvin Thema, is-sensar, jiżvela li Fenech ħallas €450,000 għall qtil. Id-29 ta’ Novembru, Yorgen Fenech mexa' fil-Belt mingħajr il-Pulizija, u ma’ weġibx mistoqsijiet tan-nies tal-midja.

Fit-30 ta’ Novembru, is-sit MaltaToday żvelat ritratt li juri Keith Schembri ma’ Melvin Theuma f’Kastilja. Keith Schembri kien jaf Theuma kif ukoll lil Yorgen Fenech.

L-4 ta’ Diċembru, kien żvelat li, skont Theuma, Yorgen Fench kien ċempillu biex jgħidlu li Sandro Craus, l-assistent tal-Prim Minstru kien se jirranġalu appuntament ma’ Keith Schembri.

Fil-5 ta’ Diċembru, Yorgen Fenech xehed li Keith Schembri kien tah informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Barra minn hekk, qal ukoll li Schembri kien qiegħed iġib l-informazzjoni tiegħu direttament minn Keith Arnaud u li fil-fatt kienu ħbieb. Minħabba dan, Fenech talab li jitneħħa mill-każ minħabba l-konnessjoni tiegħu ma’ Keith Schembri.

Fis-6 ta’ Diċembru, Sandro Craus ġie interrogat mill-Pulizija dwar ix-xogħol li kien ta lil Melvin Theuma. Jumejn wara, f'intervista mal-gazetta ILLUM, Craus qal li "“Jiena dejjem għamilt xogħli skont il-liġi. Jiena qatt m’għamilt appuntament miegħu”, u barra minn hekk qal “Jiena ma kellix is-saħħa nimpjega lin-nies jien jew niffirma kuntratti jien”.

Ilbieraħ, l-avukati Marion Camilleri u Gianluca Caruana Curran marru l-Qorti biex intellgħu xhiedha tagħhom. Madankollu, din kienet biss xhud waħda, u l-Qorti widdbet l-Avukati għal ħela ta' ħin.

More in Politika