Martin Scicluna f'artiklu iebes jinsisti li l-Kabinett għandu jgħid lil Muscat jitlaq issa

Martin Scicluna li fl-aħħar xhur iddefenda lill-Gvern ta' Muscat jinsisti li s-sitwazzjoni li ninsabu fiha hija tort ta' Muscat li jakkużah b'ġudizzju żbaljat meta żamm lil Keith Schembri u Konrad Mizzi

Martin Scicluna, Kummissarju għall-Edukazzjoni Ogħla
Martin Scicluna, Kummissarju għall-Edukazzjoni Ogħla

Martin Scicluna, li fl-aħħar xhur kien qed jitqies bħala persuna li ddefendiet lill-Gvern mhux darba kif ukoll il-Kummissarju Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla (NCFHE) illum sostna li l-pajjiż jinsab li fis-sitwazzjoni li qiegħed fiha, grazzi għall-fatt li Muscat ma' ħax azzjoni deċiżiva fuq il-kwistjoni tal-Panama. 

"Prim Ministru li falla milli jneħħi lill-aktar viċin tiegħu huwa ħati ta' ġudizzju ħażin ħafna, kif ukoll parti mill-ingann tagħhom."

Għalkemm Scicluna faħħar il-fatt illi nġiebu persuni quddiem il-ġustizzja, sostna illi jkun żball kbir illi Muscat jibqa', għal żewġ raġunijiet. "L-ewwelnett ir-rispett lejn l-etika fl-istandards tal-Gvern hija l-kolla li żżomm l-edifiċju magħqud... u l-Prim Ministru tilef il-kredibilità. Kull dewmien huwa ksur tal-konvenzjoni tal-prinċipju tar-responsabilità u tagħmel ħsara irreparabbli lill-integrità tal-kostituzzjoni tagħna, ir-reputazzjoni tagħna, lill-Gvern u lill-Parlament."

Fl-artiklu iebes tiegħu fuq The Times, Scicluna jinsisti li f'ġieħ il-governanza tajba il-Kabinett għandu jgħid lil Muscat biex jitlaq immedjatament. 

"Ikun tajjeb illi Muscat jirrealizza li dan huwa diżastru li wettaq hu u jekk jibqa' jikber jista' dan id-diżastru," tenna Scicluna. 

More in Politika