Il-Partit Nazzjonalista ma jagħmilx avvanz fl-aħħar sondaġġ ... distakk ta' 15% kontrih

L-akbar problema tal-Partit Nazzjonalista tibqa' sezzjoni mdaqqsa ta' votanti Nazzjonalisti li ma jridux jafu bil-partit jew b'Adrian Delia

Minkejja li l-Gvern għaddej minn burraxka politika kbira u jinsab fil-mira ta' ħafna kritika, dan ma jidhirx li qed jissarraf f'appoġġ għall-Partit Nazzjonalista. 

Fil-fatt skont l-aħħar sondaġġ ippublikat fuq il-gazzetta Maltatoday jirriżulta illi kieku issir elezzjoni llum huma biss 27.6% li jivvutaw lill-PN, żieda ta' inqas minn persentaġġ mill-aħħar sondaġġ. 

Il-Partit Laburista naqqas 1% minn Novembru, meta kien diġa beda jnaqqas ukoll, għal 43.1%. 

Dan ifisser illi skont dan is-sondaġġ xjentifiku hemm differenza ta' 15.5% bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista. 

Ir-raġuni għalfejn il-PN jibqa' lura hija primarjament, kif kienet għall-aħħar snin, votanti Nazzjonalisti li ma jemmnux li għandhom jivvutaw lill-PN, forsi minħabba Adrian Delia. Fil-fatt 65.2% biss ta' dawk li vvutaw PN fl-2017 jeġgħu jagħmlu l-istess illum, filwaqt li 84.4% ta' dawk li vvutaw Labour fl-2017 jerġgħu jagħmlu dan illum.

Dan is-sondaġġ sar bejn it-2 u s-6 ta' Diċembru wara li Muscat ħabbar ir-riżenja tiegħu. 

More in Politika