In-negozji jieħdu daqqa kbira 'l isfel fl-aħħar ġimagħtejn madwar il-pajjiż - GRTU

Il-GRTU tippubblika stħarriġ li juri illi 65% tan-negozji raw tnaqqis fil-bejgħ, hekk kif pajjiżna jintlaqat mill-agħar kriżi politka f'aktar minn 30 sena - Fi stqarrija iebsa li dan huwa kollu t-tort tal-Gvern

Jonqos sew il-bejgħ
Jonqos sew il-bejgħ

Il-bejgħ ta diversi negozji ħa daqqa sew 'l isfel fl-aħħar ġimagħtejn madwar il-pajjiż kollu, mhux biss il-Belt Valletta, għalkemm hawnhekk ix-xejra kienet iktar negattiva minn postijiet oħrajn. Dan żvelatu l-GRTU llejla fi stħarriġ minn fost in-negozji li ppubblikat illejla.  . 

Dan l-istħarriġ juri kif 65% ta' dawk li pparteċipaw rreġistraw tnaqqis fil-bejgħ filwaqt li 15% minn dawn qalu li l-bejgħ naqas b'aktar minn 50%. Il-GRTU qalet li n-nies qed joqgħodu lura anke minn affarijiet bażiċi bħal mediċini, hekk kif pajjiżna għaddej mill-agħar kriżi politika f'aktar minn 30 sena. 

46% minn dawk li wieġbu qalu li f'dan il-punt qed jerġgħu jikkunsidraw jagħmlux jew li jipposponu investiment li kienu se jagħmlu, 28% qalu li ma kellhomx pjani għal investiment u 26% qalu li se jkomplu bil-pjanijiet oriġinali. 

Il-GRTU tefgħet dawn ir-riżultati diżastrużi fuq il-Gvern u dawk fil-poter u qalet li l-instabilità ħolquha huma. "L-aħħar ġimagħtejn ta' kaos stajna evitajnihom imma minkejja dak kollu żvelat ir-rgħiba u t-teatrini politiċi kienu aktar importanti.

"Malta ilha wisq tkun redikolata. Il-Prim Ministru jeħtieġ jitlaq issa."

More in Politika