Sandro Craus, Kap tal-Customer Care f'Kastilja, mgħajjat mill-pulizija d-depot

Il-pulizija tgħajjat għal Sandro Craus, Sindku tar-Rabat u Kap tal-Customer Care mgħajja mill-pulizija biex iwieġeb

Sandr Craus
Sandr Craus

Sandro Craus, Sindku tar-Rabat u Kap tal-Customer Care kien mgħajjat mill-pulizija fid-Depot u dan wara xhieda li ta Melvin Theuma, il-persuna li ngħatat maħfra Presidenzjali biex tikxef aktar dettalji dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Theuma lagħab parti importanti fil-qtil tal-ġurnalista hekk kif kien intermedjatur ta Yorgen Fenech. 

Isem Craus deher għall-ewwel darba meta Theuma qal illi kien dan li tah impjieg mal-Gvern, liema impjieg il-Gvern għadu qed jiċħad li ta minkejja illi Xarabank żvela il-kuntratt tax-xogħol. Dan il-kuntratt kien juri illi l-impjieg ingħata nhar l-1 ta' Mejju 2017, festa pubblika u l-ġurnata li l-Prim Ministru ħabbar elezzjoni ġenerali. 

Dan huwa allura persuna oħra li l-pulizija kellmet jew li ġiet implikata fil-qtil u li taħdem jew għandha konnessjoni mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Fil-fatt għal bosta sigħat kien taħt arrest Keith Schembri filwaqt li fix-xhieda tiegħu Yorgen Fenech semma' lil Kenneth Camilleri bħala persuna li kienet qed tgħaddi wkoll messaġġi lit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista. Camilleri, sal-elezzjoni ġenerali tal-2017 kien is-security personali tal-Prim Ministru. 

More in Politika