'B'Muscat Prim Ministru ma jistax ikollna serħan il-moħħ fl-investigazzjoni'

Sophie in 't Veld appellat lill-Prim Ministru biex jirriżenja immedjatament

Id-delegazzjoni ta' Membri Parlamentari Ewropej (MEPs) li ġew pajjiżna sostnew illi jinsabu "mħassbin ħafna" bil-fatt illi l-Prim Ministru se jibqa' f'postu għal ftit aktar minn xahar ieħor. "Dan huwa tħassib relat mal-intergrità tal-investigazzjoni fil-qtil ta' Daphne Caruana Galzia."

"Hu jaf jekk għadx għandu maġġoranza li qed tappoġġjah jew le, imma n-nies u l-Ewropa għandhom inkwiet serju dwar jekk Muscat u l-fatt li dan se jibqa' fil-poter." Dan qalitu Sophie in 't Veld, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Kumitat LIBE ta' Membri Parlamentari Ewropew, li bħalissa tinsab f'pajjiżna. 

"Hemm bżonn kunfidenza assoluta fl-integrità tal-investigazzjoni. Ladarba Muscat għadu fil-pożizzjoni, il-kunfidenza m'għadhiex hemm." Hi qalet li ma' dan jiżdied it-tħassib minħabba li l-Parlament kien sospiż għal żmien twil. 

"Bl-ismijiet tal-eks Chief of Staff Keith Schembri u tal-eks Ministru Konrad Mizzi jissemmew fi stejjer ta' korruzzjoni u ħasil ta' flus il-Prim Ministru jew kien inkredibbliment iblaħ li żammhom jew b'xi mod huwa implikat."

Stelios Kouloglou, MEP Grieg sostna li Malta jixraqilha ħafna aħjar minn hekk "u l-fatt li l-Gvern dam ma beda inkjesta pubblika hija xi ħaġa inkkwetanti."

More in Politika