'Malta jistħoqilha Gvern li ma jigdibx' - Partit Popolari Ewropew

Il-PPE tgħid li l-Ewropa hi kontinent ta’ valuri u l-PM Joseph Muscat kiser dawn il-valuri

Jeroen Lenaers, viċi kelliem għall grupp PPE iddikjara illum, wara l-konklużjoni tal-missjoni li bagħtet l-Unjoni Ewropea li “l-istat tad-dritt hu xokkanti. Qedgħin naraw sitwazzjoni ta’ korruzzjoni, impunità, u ta’ qtil”. Żied ukoll jgħid li, skontu, il-fatt li l-Prim Ministru għadu għaddej bix-xogħol tiegħu daqslikieku ma ġara xejn u skontu wkoll Muscat mhux jagħti kaz li ċ-Chief of Staff tiegħu qiegħed implikat fil-qtil ta’ ġurnalista investigattiva huwa inaċċettabli.

Roberta Metsola, membru Parlamentari Ewropew żiedet tgħid li l-verità dwar il-qtil ta’ Daphne kienet moħbija wisq u li l-avvenimenti li qedgħin isiru f’Malta huma inaċċettabli għal pajjiż fl-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, żiedet tgħid li kull mument jibqa’ fil-pożizzjoni tiegħu, il-valuri tal-Unjoni Ewropea se jkunu taħt theddida u l-ġustizzja ħa tibqa ma’ titwassalx.

Metsola ikkonkludiet flimkien ma’ Lenaers li “s-sitwazzjoni hi inaċċettabli…u aħna ilna nimbuttaw għall-ġustizzja għal snin u se nkomplu hekk sakemm inlestu”.

More in Politika