Il-vaganzi jibdew kmieni għad-Deputati ... Il-Parlament jaġġorna għall-20 ta' Jannar

Dan ifisser li dik tal-lum kienet l-aħħar seduta ta’ Joseph Muscat bħala Prim Ministru

Il-Parlament għalaq il-bibien tiegħu għall-vaganzi tal-Milied biex issa s-seduta li jmiss se tkun nhar it-Tnejn 20 ta’ Jannar.

Dan ifisser li dik tal-lum kienet l-aħħar seduta ta’ Joseph Muscat bħala Prim Ministru u meta jerġa’ jiftaħ il-Parlament, il-pajjiż ikollu Prim Ministru ġdid.

Fil-fatt, il-Grupp Parlamentari tal-Gvern ħa ritratt ma' Joseph Muscat u ppublikat il-Whip Byron Camilleri bil-kliem "kompatti" u "magħqudin."

Ir-ritratt ippubblikat minn Byron Camilleri
Ir-ritratt ippubblikat minn Byron Camilleri

Dalgħodu, fl-assenza tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista li bbojkotjat il-Parlament sakemm Muscat jibqa' Prim Ministru, id-Deputati tal-Gvern approvaw diversi voti marbuta mal-Baġit 2020.

Intant, minnufih irreaġixxa il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Partit li ddeskriva d-deċiżjoni li l-Parlament ikun aġġornat illum bħala waħda "bla preċedent" u "tal-mistħija."

Fl-aħħar jiem, kull seduta Parlamentari kienet akkumpanjata bi protesti fuq barra.

More in Politika